Il-preżentatur Keith Demicoli jidher li ftit ilu kien qiegħed l-ajruport ta' Frankfurt, fejn it-titjira li kellu jaqbad, kellha dewmien. Waqt l-istennija ta' Keith ġie ħdejh annimal li mhux kulħadd jirreaġixxi għalih bl-istess mod.

Fil-fatt ħdejn Keith, kważi ma' siequ, ġie ġurdien. Ir-reazzjoni ta' Keith minn daqshekk kienet waħda kalma immens. Hu qal, "Din mhux ħa temmnuha. Qiegħed l-ajruport ta' Frankfurt u hawn delay, u araw x'għandi ħdejja..."

X'kienet tkun ir-reazzjoni tagħkom?


Gwida.mt