Ray Galea ta’ RGV Photography Malta ilbieraħ tefa’ filmat xokkanti fuq il-profil tiegħu li juri trailer isuq fin-naħa l-ħażina tat-triq biex jaqbeż trailer ieħor f’triq li dan mhux permess. Din l-att tipperikola lix-xufier li qed isuq fil-korsija t-tajba u kieku l-karozza ma waqfitx jaf kien ikun hemm incident serju. Il-filmat jidher li inġibed b’kamera tad-dashboard u t-trailer jidher li hu tal-kumpanija Concorde IFF LTD.

Huwa indirizza lil LESA-e services, l-Malta Police Force u Concorde IFF LTD u kiteb “Għiduli intom kieku l-karozza ma waqfitx x’kien jiġri? Trailer jaqbeż linja bajda waħda, jaqbeż trailer ieħor u jigi jitnejjek minn hemm fuq il-korsija it-tajba. Dan muntun bil-provi. Ngħoddha b’waħda.”

Fl-ewwel tlett xhur ta’ 2022, mietu disgħa persuni f’inċidenti tat-traffiku. Infatti, it-total ta’ numru tal-inċidenti tat-traffiku ogħla b’25.5%.

Facebook / RgvRay Galea


Sarah Jane Gauci