Kien propju t-23 ta' Diċembru 2022 meta l-istilista Gaetano u żewġu Kurt taw kelma lil xulxin u ssiġillaw imħabbithom fiż-żwieġ. Żgur li kienet ġurnata mimlija eċitament kbir u bla dubju ser jibqgħu jgħożżu kull mument.

Gaetano xtaq ifakkar it-tliet xhur anniversarju minn din l-okkażjoni romantika permezz ta' filmat li jiġbor din il-memorja kif ukoll avvenimenti sbieħ oħra. "Tliet xhur mit-tieġ tagħna", kiteb Gaetano.

Fil-fatt il-filmat juri l-vjaġġ romantiku tagħhom sal-jum tat-tieġ, kif ukoll diversi spettakli memorabbli fosthom il-Bachelor's party, u l-konkors Winter Wonderland.

Minn qalbna nawgurawlhom futur mimli saħħa, hena, imħabba u dak kollu li tixtieq qalbhom!

Facebook/ Gaetano Gaetano


Kyle Zarb