Waqt wirja riċenti li kellu AIDAN, kien qed ikanta l-kanzunetta li serqet il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin Ritmu. Kanzunetta li laqtgħet lil kull età tista' tgħid, b'kliem li faċilment titgħallem u tkanta miegħu. 

Hekk ġara waqt wirja ta' AIDAN, hekk kif tifel mill-udjenza resaq lejn il-palk xħin il-kantant Malti offrielu jkanta biċċa. Kantaha bil-qalb u jidher li jafha sew u jħobbha!

Ritmu hi kanzunetta li sena ilu kisbet it-tieni post waqt il-Malta Eurovision 2022, u li baqgħet tissemma' anke barra minn xtutna minn dak iż-żmien. Araw dan il-mument ħelu:

@itsaidanofficial 🥹 he was sooo cute #ritmu #fyp ♬ original sound - AIDAN

Kyle Zarb