Ilbieraħ, il-kantanta Britney Spears ħabbret fuq il-profil tagħha ta’ Instagram li żżewġet l-għarus tagħha Sam Asghari! Iż-żwieġ tagħhom jiġi disa’ xhur wara li ħabbru l-għerusija tagħhom.

Hi kitbet, “Wow!! Għamilniha!! Iżżewwiġna!!! Kien l-aktar jum spettakolari!!! Kont nervuża ħafna filgħodu imma fis-14:00pm tassew laqtitni… Se niżżewġu! Kelli attakk ta’ paniku umbagħad ikkalmajt…il-crew li biddel id-dar tagħna f’kastell kien meraviljuż!!! Iċ-ċerimonja kienet ħolma u l-festin kien saħansitra aħjar!!!"

Britney kompliet, “Ħafna nies inkredibbli attendew it-tieġ tagħna u għadni taħt xokk!!! Drew Barrymore, li tant għandi grazzja magħha u Selena Gomez li hija ferm aktar ħelwa fil-verità (manafx kif possibli), u t-tnejn li huma ġew!!! Bqajt bla kliem… erġajt bist lil Madonna u żfinna matul il-lejl ma’ Paris Hilton. Grazzi Donatella Versace talli ddisinjajt il-libsa tiegħi. Ħassejtni sabiħa ħafna. Grazzi wkoll lil Stephanie Gottlieb, Charlotte Tilbury u Sofia Tilbury għall-ġojjellerija u make up. Naħseb kollha kemm aħna waqajna minn tal-inqas darbtejn fuq id-dancefloor. Jiġifiri ejja… konna lkoll VOGUING!! Sam Asghari Inħobbok.”

Instagram / Britney Spears


Sarah Jane Gauci