Ilbieraħ Shanise spiċċat l-islander li kellha tħalli l-villa hekk kif il-vjaġġ tagħha f'Love Island Malta ntemm. Dan wara li hi, Gabrielle u Timmy irċevew l-inqas voti mill-pubbliku u spiċċaw il-vulnerabbli. 

Shanise tkellmet ma' Valentina Rossi dwar il-bidla li seta' kien hemm fiha bħala persuna bejn qabel daħlet fil-villa u wara. Shanise temmen li kieku kellha terġa' tidħol fil-villa, turi aktar kunfidenza.

Ritratt: Sven u Gabrielle - Facebook/ Love Island Malta

Apparti minn hekk, issemmi wkoll għaliex ma ġġilditx għall-islander favorit tagħha Sven, li mill-bidu nett hu u Gabrielle baqgħu koppja soda.   Il-koppja favorita tagħha hi Kyle u Marie Christine. Ir-raġuni li tat hi li huma magħqudin ħafna, jaqblu bejniethom, ħelwin flimkien u li bilkemm qatt rathom jiġġieldu.

Kitbet fuq il-profil tagħha dwar dan ukoll fejn qalet, "Il-ħruġ mill-villa jista’ jkun kemm ħelu kif ukoll morr, imma jien grata ħafna għall-memorji, il-ħbiberiji, u l-lezzjonijiet meħuda. Love Island Malta tassew għeni nikber bħala individwu, u ma nistax nistenna li nġorr miegħi dawn l-esperjenzi hekk kif inkompli fil-vjaġġ tiegħi."

Tikteb li, "Irrid nawgura l-aħjar lill-kontestanti li fadal. Komplu iddu, għożżu l-vjaġġ, u sibu l-imħabba! L-esperjenza ta' Love Island Malta hija rollercoaster, u ħa nkun qiegħda nifraħ għal kull wieħed u waħda minnkom."

Aħna minn qalbna nawguraw lil Shanise dak kollu li tixtieq qalbha! Prosit tal-parteċipazzjoni tiegħek!

Facebook/ Shanise Grech


Gwida.mt