Illum huwa jum speċjali immens għal wieħed mill-mużiċisti mill-grupp The Busker, l-ambaxxaturi għal Malta fil-Eurovision 2023. Sean Meachen u l-imħabba ta' ħajtu Paula ser jgħidu s-signor si u jingħaqdu fiż-żwieġ!

Il-membri sħabu ta' The Busker, David u Jean Paul, kienu fost dawk minn ta' quddiem li jawguraw lill-koppja li tant hi viċin tagħhom f'dan il-pass importanti f'ħajjithom. "Ser jiżżewweġ!', kitbu flimkien ma' filmat fejn jidhru t-tlieta li huma puliti puliti lesti għat-tieġ.

Bla dubju kien hemm ħafna li awgurawlhom u kkumplimentawhom fil-kummenti. Awguri minn qalbna Paula u Sean! Nixtiqulkom ħajja miżżewġa mimlija saħħa, hena, imħabba u kulma tixtieq qalbkom!


Kyle Zarb