Nhar il-Ħadd, 30 ta' Mejju fuq l-istazzjonijiet lokali kollha ħa kunu qed naraw maratona ta' ġbir ta' fond b'risq il-YMCA. Maratona sabiex tgħin lil dawk li għal xi raġuni jew oħra, spiċċaw bla saqaf fuq rashom.

L-istorja ta' Ċensa hija waħda mill-ħafna stejjer li YMCA iħabbtu wiċċhom magħhom ta' kuljum. Stejjer li hu jaraw kif jagħmlu sabiex joffru wens u tama għall-futur aħjar, ikun xi jkun il-każ. Ċensa għaddiet minn separazzjoni u ta' 47 sena spiċċat bla saqaf fuq rasha, hi kienet mara tad-dar u ma kellhiex impjieg. Hi tirrakkonta kif ma kellhiex għażla ħlief li tispiċċa tgħix fil-karozza fi żminijiet minnhom.

Fil-bidu rnexxielha tikri ma' ħabiba tagħha, iżda meta sid il-post ried il-post lura, ħabibtha marret lura għand ommha filwaqt li Ċensa spiċċat fit-triq. Hi tgħid ma kellhiex għażla oħra ħlief li tirrikorri għall-għajnuna. L-istorja ta' Ċensa, grazzi għall-għajnuna li offrewlha l-YMCA spiċċat fuq nota pożittiva.

Int nhar il-Ħadd bejn l-12:00 u l-23:59 tista' tagħmel differenza billi tagħti d-donazzjoni tiegħekk lil-YMCA li ħa jkunu qed ixandru fuq l-istazzjonijiet ewlenin.


Emil Calleja Bayliss