Abel waqt il-programm tagħhom The Morning Vibe, irrakkonta kif aktar kmieni wasal l-istazzjon tagħhom pakkett, indirizzat lil persuna li ma taħdimx magħhom. Milli jidher staqsiet għal isem u kunjom, li mill-ewwel indunaw li kienet persuna li taħdem f'stazzjon tar-radju ieħor.

Hu u jirrakkonta, JD ma qabilx mal-fatt li ma ċċekkjawx x'fih. Jidher li hu kien jegħleb il-kurżità u jiċċekkja x'kien fih. JD b'ton umoristiku jgħid, "Kemm hawn nies li vera m'għandhomx guts... Messkom ftaħtuh ħa naraw x'fih!... immaġina kellhom xi biċċa apparat biex jgħadduna..." 

Ara x'ġara eżatt!


Kyle Zarb