Fuq il-paġna tagħhom ta’ Instagram, l-organizzazzjoni tal-karità Happy Iniviative, tefgħu filmat biex jaqsmu l-istorja ta’ Len u Jacob Galea.

Seba’ snin ilu, it-tewmin Len u Jacob ġew dijonjastikati b’marda tar-refsum infantili, marda rari li s’issa għadu m’hawx ħafna informazzjoni dwara jew kura. Il-familja Galea jixtiequ li jsibu kura għas-subien tagħhom u għal dawk kollha li għaddejin minn din is-sitwazzjoni. Huma qalu, “Nafu li forsi hemm xi ħadd li hu lest jgħin jew jiffoka r-riċerka tiegħu fuq din il-kundizzjoni.”

Tista’ tara l-istorja tagħhom hawnhekk:

Jekk tixtieq tgħin, tista’ tagħmel dan billi tibgħat donazzjoni fuq dan l-IBAN: MT04VALL22013000000050014493242 jew tafgħas HAWN.

Instagram / Happy Initiative / Facebook / Brian Galea


Sarah Jane Gauci