Waħda mill-akbar xewqat ta' Kyran Bonello, ir-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta' Malta's Got Talent, kienet li juri t-talent tiegħu. Din seħħet, u mhux talli hekk, talli spiċċa biex rebaħ il-finali ta' Frar li għadda.

Apparti minn hekk Kyran qal li għandu x-xewqa li jsir qassis, mill-bidu nett ta' Malta's Got Talent kien qalha din. Kif ukoll kellu x-xewqa kbira li jiltaqa' mal-Papa, u anke jkanta quddiemu.

Din għadha kif seħħet ukoll bis-saħħa tat-tim ta' Malta's Got Talent stess! Il-paġna uffiċjali tagħhom ippubblikat filmat tal-mument emozzjonali xħin Kyran iltaqa' mal-Papa Franġisku u kantalu!

Il-Papa tah il-barka tiegħu waqt li Kyran beda jkantalu Panis Angelicus! Prosit Kyran kemm aħna kburin bik u kuntenti għalik!

Facebook/ Kyran Bonello


Kyle Zarb