Ir-reality dating show popolari tal-Istati Uniti, The Bachelor wasal Malta wkoll!  Malta u x-xenarji sbieħ li joffri pajjiżna dehru riċentament fl-episodji tal-programm televiżiv popolari.

Dan l-istaġun ta’ The Bachelor jinkludi lil personalitajiet bħal Joey Graziadei hekk kif 32 mara differenti jissieltu biex jirbħu qalbu, u eventwalment jirbħu l-ispettaklu u waħda minnhom isisr l-għarusa tiegħu.

Din il-produzzjoni ilha għaddejja għal 28 staġun. Din id-darba ddeċidew li jiġbdu l-episodji f'varjetà ta' pajjiżi differenti. Għall-aħħar ftit episodji tagħhom, iddeċidew li jiġu u jiffilmjaw l-episodji proprju hawn Malta.

Joey u l-għarajjes potenzjali kollha tiegħu mistennija jidhru madwar il-Belt Valletta u Wied Iż-Żurrieq, fost ħafna lokalitajiet oħra madwar Malta. Inti ssegwih?


Kyle Zarb