Tina u Danita tellgħu filmat ieħor bl-isem ta' Aħna Kollha L-Istess. Huma jiddiskutu l-affarijiet li għandhom differenti iżda fl-aħħar mill-aħħar huma l-istess avolja Danita miżżewġa raġel f'relazzjoni straight filwaqt li Tina miżżewġa mara.

F'dan il-filmat Tina tiżvela li minn dejjem xtaqet it-tfal u bħalissa hi u Emma qed jiddiskutu sew dan il-fatt. Ma żvelatx aktar dwar dan iżda jidher li Tina tixtieq li din ix-xewqa tagħmilha realtà.

Sabiħ li żżomm il-komunikazzjoni f'relazzjoni u wieħed jiddiskuti dak li jixtieq jagħmel u fejn jixtieq jieħu r-relazzjoni tiegħu. Ċertament li d-deċiżjoni li wieħed ikollu t-tfal hi waħda minnhom.

Nawgurawlhom li jkunu kuntenti bid-deċiżjoni li jiddeċiedu li jieħdu.

Instagram / tinaz_zee


Emil Calleja Bayliss