Din id-darba Pierre Farrugia mar iżur il-masġar tal-Miżieb, fejn wieħed jista' jagħmel passiġġata sabiħa għall-kwiet fin-natura. Dan il-masġar jintuża wkoll mill-kaċċaturi u wieħed tajjeb li jiċċekkja meta l-kacca hi permessa.

F'dan ir-ritratt jidher id-daqs u sbuħija ta' dan il-masġar mill-bypass tal-Mellieħa. Meta wieħed jiġi hawn għandu josserva r-regolamenti tal-post, kif jidher f'in it-tabella hawn taħt.

gf

Pierre ipparkja l-karozza f'parkeġġ u rħielha lejn Għajn Tuffieħa. Hawn wieħed għandu iktar minn mogħdija waħda minn fejn jimxi, uħud dojoq u oħrajn wiesa u ċatti. 

Pierre ifaħħar in-naħa tax-Xemxija, li tidher iktar naturali u mingħajr postijiet mibnija għall-kaċċa jew nies li jqabbdu n-nar illegalment.

"Hawn iltqajt ma' ħafna biex igawdu n-natura bil-klieb tagħhom jew mal-famija. Iltqajt ma' nies igawdu dan il-post bir-roti tagħhom ukoll. Nirrakomanda dan il-post għall-etajiet kollha u għall-familja u importanti li nħallu l-post kif insibuh jew aħjar, billi ma nagħmlux ħsara u ma nħammġux."

Segwi aktar fil-filmat hawn taħt:


Kyle Zarb