Sarah Bajada, il-preżentatriċi ta' The Voice Kids, kienet waħda mill-mistiedna ta' Quinton Scerri fuq Popolin fejn fost l-oħrajn bdew jiddiskutu dak li ż-żgħażagħ illum il-ġurnata jixħtu fuq il-mezzi soċjali tagħhom.

Quinton juri numru ta' stampi li wieħed jista' jsib aċċessibbli għal kulħadd fuq il-mezzi soċjali. Ritratti ta' żgħażagħ li m'għandhom l-ebda problema li juru ġisimhom minkejja li fihom hawn ħafna li jemmnu li jidhru indiċenti.

Sarah tistqarr li għaliha dawk it-tip ta' ritratti m'għandhom qatt jitilgħu fuq il-mezzi soċjali iżda l-influencer Daniela Farrugia tgħid li hi ma ssib l-ebda problema li jixħtu ritratti bħal dawk għax ġisimhom ikunu ħadmu tassew għalih u jkollhom biex ikunu kburin.

Segwu l-programm sħiħ ta' Popolin billi tidħlu HAWN.


Emil Calleja Bayliss