Il-paġna Vatican News ħabbret fuq Facebook li ilbierah Papa Franġisku żar tfal Ukreni refuġjati fl-isptar pedjatriku Gesù  f’Ruma. Dawn it-tfal jinsabu l-isptar biex jirkupraw minn xi mard jew feriti u waslu l-Italja mill-Ukraina ftit ta’ jiem ilu. Ftit mit-tfal sofru feriti minn splużjonijiet tal-attakki tar-Russi.

Fl-isptar hemm madwar 19-il pazjent u b’kollox in-numru ta’ tfal li wasslu mill-Ukraina fil-bidu tal-gwerra u ġew ttrattati l-isptar huwa 50.

Il-paġna kitbet, “Il-Papa Franġisku mar l-isptar @bambinogesu is-Sibt wara nofsinhar biex iżur grupp ta’ tfal Ukreni li qed jirċievu trattament wara li ħarbu mill-gwerra f’pajjiżhom. #Ukraine”

Tista’ tara iktar fuq din iż-żjara billi tara dan il-filmat provdut minn Vatican Media:

Facebook/Vatican Media


Sarah Jane Gauci