Cheyenne Muscat, żeffiena lokali, titkellem dwar il-ġlieda li bħalissa għaddejja minnha u dak li qed tagħmel biex hi wkoll tagħti daqqa t'id. Cheyenne tibda billi tgħid, "Meta tisma' għandek cancer mill-ewwel tħoss ħajtek ħa tispiċċa kemm għalija u kemm għall-familja tiegħi, mhux xi ħaġa faċli però ovvjament trid tiġġieldilha."

Hi żżid, "Ġejt operata u għamilt it-treatment li kien hemm bżonn... għaddiet sena u erġajt għamilt ultrasound u f'dak l-ultrasound irriżulta li sfortunatament infirex ftit f'għonqi." Cheyenne tkompli, "Għamilt xi testijiet oħra u rriżulta ukoll li hemm xi ftit fil-pulmun ukoll... erġajt għamilt treatment ieħor iżda sfortunatament ma kienx reactive."

Cheyenne tgħid li biex ħadet dan it-trattament kellha bżonn l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund. Hi bħala rigranzzjament u apprezzament iddeċidiet li tagħmel ġabra permezz ta' e.lementi għall-Istrina.

Hi tgħid li ma tistax tagħti kemm jagħtuha iżda tixtieq li tgħin kif tista'. Hi tistqarr li kull sena l-familja tagħha u hi, kienu jagħtu donazzjoni fl-istrina. Kull donazzjoni se tgħin biex nies bħalha u oħrajn li għaddejjin minn xi mard ifiequ.

Hi tirringrazzja lil kull min jagħti l-għajnuna għax permezz ta' dawn il-flus hi u ħafna oħrajn qed jingħataw it-tama li jibqgħu jgħixu ħajja normali.

Wieħed jista' jagħti d-donazzjoni tiegħu billi jibgħat il-flus fuq +356 9983 7246 permezz ta' Revolut jew permezz tal-BOV.

Instagram / Cheyenne Muscat


Emil Calleja Bayliss