Xokkanti kif wieħed jasal jisraq bott tal-flus għall-għan nobbli. Fuq filmat imtella' mill-ħanut tal-pastizzi Sphinx fil-Marsa, juri x-xena ta' kif insteraq il-bott tal-flus li kellhom fuq il-bank tagħhom. Il-bott tal-flus jitħalla hemm biex dak li jkun, ikun jista' jagħti d-donazzjoni tiegħu għal min għandu bżonn.

Fil-filmat wieħed jista' jara mara li tidher tistenna, fid-daqqa u l-ħin din il-mara taqbad il-bott u titlaq tiġri 'l barra bil-bott b'kollox. Hu jiktbu, "għadom kif reġgħu serqulna l-bott ta' Kate, tifla fil-bżonn. Min għandu xi informazjoni jgħaddiha lina jew l-għassa tal-Marsa. Din il-mara li ħaditu bla qalb!"

Nittamaw li l-pulizija jsibu tarf ta' dak li ġara f'dan il-ħanut. Il-kawża ta' Kate Ferriggi żgur li hi waħda onesta u dawk li jistgħu jgħinu huma mħeġġa jagħmlu dan. Wieħed jista' jsegwi l-istorja tagħha billi jidħol HAWN.

Facebook / Sphinx Qormi Road Marsa 


Gwida.mt