Lil Eileen Montesin rajnieha f'diversi rwoli tul iż-żmien. Attriċi, preżentatriċi, mistiedna, u aktar. Madanakollu l-ewwel darba li qed narawha tmexxi ċ-ċerimonja ċivili f'tieġ. Fil-fatt fi tmiem il-ġimgħa li għadda żżewwġu żewġ fanatiċi tagħha, li x-xewqa tagħhom ġiet realtà, u Eileen, li tant iħobbu, mexxitilhom iċ-ċerimonja.

Nicholas John Borg Bonaci xerred anke filmat tal-mument li taw il-kelma lil xulxin b'Eileen f'nofshom waqt li kienet tmexxi ċ-ċerimonja. Fl-istories tagħha Eileen kienet tant onorata u ħerqana biex taqdi dan l-irwol u tefgħet anke xi ritratti waqt it-tieġ. 

Prosit Eileen, xi ħaġa tassew sabiħa li ser jibqgħu jgħożżu l-għarajjes. Nawgurawlhom futur feliċi!

Instagram/ Eileen Montesin


Kyle Zarb