L-ambaxxaturi Maltin fil-Eurovision Song Contest 2023, The Busker, għadhom kemm irċevew l-aħbar li l-kanzunetta tagħhom Dance (Our Own Party) saret popolari mal-komunitajiet tal-line dancing fil-Korea t'isfel!

Dan hekk kif irċevew filmati tan-nies jiżfnu mal-kanzunetta, lebsin bil-boots, għaddejjin bil-korjografija ma' Dance (Our Own Party). David Jr, Jean Paul u Sean ma setgħux jemmnu dan, u ħabbru li anke spiċċaw f'petizzjoni biex imorru tour ġewwa l-Korea t'Isfel biex jiżfnu magħhom LIVE.

X'se jagħmlu ħa jmorru?! Araw aktar fil-filmat hawn isfel!


Kyle Zarb