Waqt il-programm Manicalo & Co, Jurgen kellu lil Mark Micallef Costa bħala wieħed mistednin tiegħu. Fost l-affarijiet li Mark irrakkonta, tkellem dwar il-farsa li ġratlu waqt qamar il-għasel.

Jidher li Mark biex ikun romantiku ddeċieda li jikri dgħajsa sabiex jieħu lill-mara tiegħu fuq ix-xmara. Iżda waqt li l-koppja qegħdin f'nofs ix-xmara, din l-imbierka dgħajsa waqfet. Mhux hekk, spiċċa qam ir-riħ u biex ma jitbegħdux kellhom iżommu maz-zkuk li jkun hemm fix-xmajjar.

Fl-aħħar spiċċaw għajtu l-għajnuna ta' dgħajsa bit-turisti li għaddewlhom ħabel u ġibduhom lura 'l ġewwa. Manicalo & Co anke l-filmat ta' Mark iżomm il-ħabel irnexxielhom jakkwistaw! Araw il-filmat hawn taħt!

Tajba din Mark!


Emil Calleja Bayliss