Sean Jenko, mudell magħruf għar-riklam li jidher fuq l-istazzjon nazzjonali, kif ukoll kontestant ta' Love Island Malta. Kontestant li għadu kemm wasal fi tmiemu l-vjaġġ tiegħu fil-villa, u kien mistieden fuq Magic Malta biex jitkellem dwar din l-esperjenza.
L-intervista li kellu ma' Dorianne u Carlo ħabtet propju ma' għeluq sninu, u bdew billi jawgurawlu f'dan il-jum. "26 sena llum," jgħid Sean. Sean jitkellem dwar il-mumenti sbieħ fil-villa, is-sentimenti li ħadd mill-bidu nett tal-vjaġġ, xi mumenti umoristiċi kif ukoll dwar il-ħbiberija speċjali li kellu ma' Clinton u Edward fost l-oħrajn.
Sean jistqarr li minkejja konnessjoni romantika ma sabx, il-ħbiberija li nibtet mal-kontestanti kollha, kemm il-ġuvintur u anke t-tfajliet, żgur li japprezzahom. Jgħid li n-nies hemm barra saru jagħrfuh aktar u jitolbuh xi ritratt magħhom minn meta ħa sehem fuq Love Island Malta.
Awguri minn qalbna għażiż Sean! Segwu aktar hawn taħt fl-intervista li kellu.