Il-preservazzjoni tal-lingwa Maltija naturalment hija importanti ferm, u xogħol partikolari li f’dan il-qasam huwa dak tat-tradutturi. Għandna nkunu kburin li bħala pajjiż żgħir għandna lingwa unika, msawra  b’tifkiriet ta’ min tagħna dan l-ilsien rikk, u xogħlijiet bħal dawn ta’ min japprezhom aktar. Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tkellmet dwar dan permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook.

Hi bdiet qalet, “grazzi lil dan il-grupp sabiħ ta’ Maltin fil-Lussemburgu tal-laqgħa verament sabiħa llum waranofsinhar.”

Kompliet billi żidet tgħid, “bħala tradutturi, intom ambaxxaturi mill-aqwa tal-lingwa Maltija. Bis-saħħa tagħkom ukoll, il-lingwa tagħna tiżviluppa u tkun apprezata aktar. Flimkien, inkomplu nżommuha ħajja.”


Charlton Cefai