Il-preżentatur u producer tas-sensiela OSKAR, Brandon Terribile għamel stedina speċjali għal episodju speċjali li nħadem fl-aħħar jiem. Fil-fatt l-attur li ħadem il-parti ta' Owen, it-tifel ta' Becky f'Becky The Return, reġa' ħadem ma' Eileen Montesin!

Sinendi din id-darba ser mhux ser inkunu qed narawhom b'relazzjoni ta' omm u iben, iżda ta' żagħżugħ fuq tiegħu u Ministru. Hekk hu, lil Eileen ser narawha bħala Ministru waqt is-sensiela OSKAR.

Brandon kiteb, "Attriċi Mistiedna Speċjali f'OSKAR! Eileen Montesin bħala l-mistiedna speċjali tagħna biex tinterpreta l-parti tal-Ministru waqt OSKAR." Xerred ritratt li ħadu flimkien fuq is-sett fil-ġurnata li nġibdu x-xeni.

Ħerqana biex terġgħu taraw lil Brandon u lil Eileen jaħdmu fl-istess sensiela?!

Facebook/ Official Becky The Return


Kyle Zarb