Kien id-29 ta' Mejju 2022 meta ħadna l-aħbar li ħalliena Tony Zarb. Zarb kien deskritt minn bosta bħala suldat tal-azzar u bniedem li kien iħobb lil Malta. Tul ħajtu għamel kampanja bla heda għad-drittijiet tal-ħaddiem.

Ried li kull ħaddiem ikollu kwalità ta’ ħajja aħjar u ta' dan irċieva r-rispett u r-rikonoxximent li kien jixraqlu.  Ħalla din id-dinja fl-età ta’ 68 sena. L-aħbar tal-mewt tiegħu qajmet reazzjoni fil-pajjiż.

Dan juri kemm kien Tony Zarb maħbub minn kulħadd. Dakinhar Malta tilfet ġgant tas-soċjetà u pilastru. Numru ta’ nies kienu taw l-aħħar tislima lil Zarb ġewwa l-Furjana. 

Strieħ fis-sliem għażiż, għal dejjem f'qalbna.


Kyle Zarb