Il-kantanta Raquel, li rajnieha f'diversi edizzjonijiet tal-Malta Eurovision u rajnieha wkoll tieħu sehem f'Mużika Mużika, illum tiċċelebra tliet snin miżżewġa. Tliet snin minn meta qalet is-signor si. Biex tfakkar il-jum meta bdiet dan il-vjaġġ mar-raġel tagħha Christian, Raquel qasmet żewġ ritratti minn dik il-ġurnata speċjali mal-kliem, "Bħal lum 3 nin."

Jum bħal dan żgur li jġib tant u tant memorji, kemm għal Raquel u kemm għal żewġha Christian. Huma kellhom iċ-ċans li jiċċelebraw ma' dawk l-aktar għeżież għalihom. Illum il-ġurnata l-koppja għandhom tifla flimkien u ċertament li dan il-jum jibqa' speċjali għalihom, għax kien il-jum li l-unjoni tagħhom bħala koppja saret uffiċjali.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom aktar u aktar snin ta' kuntentizza u hena flimkien. Awguri Raquel u Christian.

Facebook / Raquel Galdes Briffa


Emil Calleja Bayliss