Il-mudella u attriċi Jade Cini kitbet messaġġ mill-qalb lil persuna speċjali fil-familja tagħha li sabitha dejjem hemm lesta biex tgħinha f'kull ċirkostanza. Għadha ssibha hemm sal-lum anke li hi omm. Fil-fatt tiċċelebra għeluq sninha z-zija tagħha, Anna.

"Happy Birthday lill-favorita ta' Mae, iz-Zija Anna. Grazzi mhux bizejjed ta' dak kollu li tagħmel magħna, il-paċenzja li tieħu bina kollha u issa b'Mae ukoll. Inħobbuk ħafna." Jade xerrdet anke ritratt mill-isbaħ ta' zijitha flimkien ma' bintha Mae.

Awguri minn qalbna!

Facebook/ Jade Cini


Kyle Zarb