L-attur Glen Callus kiteb dwar ġurnata speċjali għalih u għal martu. Il-ġurnata meta taw kelma lil xulxin u ngħaqdu fiż-żwieġ. Glen jistqarr imħabbtu lejha u r-rispett kbir li qatt ma naqas.

"Awguri fl-14-il Anniversarju tat-tieġ lill-mara sabiħa tiegħi! Dawn is-snin flimkien kienu fost l-aktar prezzjużi f'ħajti. L-imħabba, l-appoġġ, u l-fiduċja soda tiegħek fina għamlu kull mument speċjali. Għal ħafna snin oħra ta’ ferħ u mħabba. Inħobbok ħafna pupa tiegħi."

It-tim ta' Gwida.mt jawgura lil Glen u lil martu aktar snin ta' saħħa, hena, imħabba u dak kollu li tixtieq qalbhom!

Facebook/ Glen Callus


Kyle Zarb