Illum hi ġurnata speċjali għall-wieħed mid-duo Danusan! Fil-fatt jagħlaq sninu Daniel Chircop. Dan l-aħħar rajnieh jinterpreta l-parti ta' Willie, kif ukoll flimkien ma' Chrysander Agius ħoloq il-programm The Malta BBQ League.

Chrysander kitiblu messaġġ għall-okkażjoni fuq il-profil tiegħu, "Awguri f'għeluq sninek sieħbi Daniel Chircop... fit-tajjeb u fil-ħażin tgħaddi sena oħra..." Ikkwota anke dak li qalet Mother Theresa, u rrelatah mal-messaġġ li ried jgħaddilu.

"Mhux kollha kemm aħna nistgħu nagħmlu affarijiet kbar, iżda nistgħu nagħmlu affarijiet żgħar b'imħabba kbira." Hu jkompli, "U għamilna dis-sena!"

Hekk hu fil-fatt Danusan dejjem għaddejjin u issa dalwaqt ikunu qed jiċċelebraw waqt L-40 sena ta' Dan. F'isem Gwida.mt nawgurawlek minn qalbna Daniel!


Kyle Zarb