Mill-1 ta' Lulju, se jintużaw boroż suwed trasparenti għall-ġbir ta' skart imħallat minflok il-boroż taż-żibel suwed preżenti. Dan se jsir biex ikun aċċertat li ssir separazzjoni xierqa mill-poplu. Is-seperazzjoni tal-iskart hu obbligu importanti li għandu jittieħed b'serjetà.

Din il-bidla qed iseħħ grazzi għal sforz li qed isir biex jitjieb is-separazzjoni tal-iskart f’Malta, dan jinkludi wkoll reġjonalizzazzjoni u l-liġijiet il-ġodda dwar is-separazzjoni obbligatorja tal-iskart mill-ERA u sforzi minn entitajiet oħra bħall-BCRS.

Fl-2023 dawn l-isforzi rriżultaw fi tnaqqis ta’ 23% fil-ġbir ta’ skart imħallat iżda l-ERA xorta għandhom stimi li juri li l-borża s-sewda fiha madwar 40% ta’ materjal li jista’ jintrema b’mod ieħor. Ċifra li hi ftit jew wisq għolja u b'hekk implimentazzjoni bħal din se tgħin biex dak li jkun joqgħod iżjed attent!

Tajjeb li ngħidu li l-boroż is-suwed xorta waħda se jibqgħu jiġu importati ġewwa pajjiżna biex dak li jkun jista' jużahom għall-affarijiet oħra iżda dawk il-boroż li jinħarġu kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Sibt irridu jkunu boroż suwed trasparenti!

Għal aktar informazzjoni dwar is-separazzjoni tal-iskart wieħed jista' jidħol HAWN.


Emil Calleja Bayliss