L-attriċi lokali Nakita Grima tikteb dwar l-aħħar proġett li daħlet għalih. Hi tgħid, "Avventura oħra tibda hawn. Għal darb' oħra Rikordja tatni l-opportunità biex ninterpreta karattru ieħor f’wieħed mil proġetti tagħhom. Karattru differenti ħafna min dawk li interpretajt sa issa."

Hi żżid, "Nina huwa l-karattru l-ġdid li ħa nkun qeda ninterpreta fis-sensiela Luna li ħa tkun qeda tintwera min Ottubru li ġej fuq l-stazzjon tal-Go, Tokis. Ħerqana biex naqsam magħkom dan il-vjaġġ mil-isbaħ."

Hi tgħaddi numru ta' ringrazzjamenti fejn tgħid, "Grazzi kbira lil Michael Vella Haber, Evelyn Saliba La Rosa, Adrian Saliba u Chris Bajada, li dejjem emmnu fil-kapaċitajiet tiegħi. Grazzi ukoll lill-krew kollu ta' Rikordja li jieħdu paċenzja kbira bina meta nkunu filming."

Hi ttemm, "Grazzi kbira tmur għall-isponsors tiegħi, li min sena għal oħra dejjem ikun qegħdin hemm warajha biex jissaportjawni. Grazzi min qiegħ qalbi."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Nakita l-ikbar suċċess għal dan il-proġett.


Emil Calleja Bayliss