Id-direttur Charles Stroud kompla jaqsam xi ritratti mis-sensiela Pupi li kienet dehret fuq NET TV fl-2006.

F'din is-sensiela kienet ħadet sehem il-preżentatriċi Pauline Agius. Lil Pauline ma nafuhiex bħala attriċi, infatti iktar nassoċjaw lil oħtha Clare mad-drama, iżda f'din is-sensiela kienet ħadet irwol partikolari li niżel tajjeb mad-direttur.

Charles Stroud qal, "Fit-teleserial Pupi (Net TV 2006), Pauline Agius ħadmet il-parti ta' Teresa, tfajla abbużata. Ħasra li ma tantx rajnieha f'partijiet oħra." Minn dak iż-żmien 'l hawn lil Pauline rajnieha tippreżenta diversi programmi u spettakli lokali.

Min jaf għadx ikollna ċans nerġgħu narawha tilbes iż-żarbun ta' attriċi u tidħol f'xi parti oħra?

Facebook / Charles Stroud


Emil Calleja Bayliss