Wara statistika li ħarġet mill-Performance Rights Society (PRS), li tixhed li 5.4% biss tal-kanzunetti li jindaqqu mill-istazzjonijiet tar-radju lokali nkitbu minn kittieba lokali, il-mużiċisti u x-xandara f'Malta qed jappellaw biex tindaqq iżjed mużika lokali fuq l-istazzjonijiet Maltin.
Mark 'Iz-Zizza' Abela, mużiċist u kantant tal-grupp Brodu, esprima d-diżappunt tiegħu li stazzjonijiet tar-radju li għandhom ħafna influwenza fuq in-nies idoqqu ftit mużika Maltija. Qal ukoll li l-artisti għandhom jagħmlu sforz ikbar biex jgħaddu l-mużika tagħhom lid-DJs lokali. Cher Camilleri, artista oħra, żiedet tgħid li l-istazzjonijiet lokali tar-radju jillimitaw ruħhom għad-daqq tal-istess kanzunetti popolari u jinjuraw il-potenzjal li jintroduċu mużika ġdida.
Xi xandara, bħala Michael Bugeja, jargumentaw li fl-aħħar ħmistax-il sena kien hemm rinaxximent f'mużika ta' kwalità tajba b'lirika Maltija. Għaldaqstant, Bugeja ssuġġerixxa li ssir kwota uffiċjali ta' mużika lokali li x-xandara għandhom jinkludu fil-programmi tagħhom ta' kuljum.
Facebook / Brodu, Kym Pepe, Cher Camilleri, Brikkuni, Djun, Michael Azzopardi