"Wara li tilfu lil binhom Juan ta' ħames xhur minħabba l-kanċer, Antoine Magri flimkien ma' martu Solange Magri baqgħu għaddejjin!" kitbu Puttinu Cares fuq Facebook.

Komplew, "Xtaqu jtejbu daqsxejn il-ħajjiet ta' tfal żgħar oħra billi jipprovdu ikel bla ħlas fuq bażi regolari." Spjegaw kif minn din il-ġenerożità qed igawdu t-tfal, il-ġenituri, u l-istaff tar-Rainbow Ward.

Żiedu, "Illum ingħataw il-Premju għall-Impatt Soċjali waqt il-Malta Business Awards! Kburin ħafna bikom u kuntenti ħafna li rċevejtu dan il-premju tant mistħoqq. Prosit u awguri lil dawn in-nies ta' qalb kbira."


Bradley Cachia