Kien bħal-lum 12-il sena ilu li ħalliet din id-dinja Annabelle Vassallo, mara li matul ħajjitha ispirat ħafna nies, speċjalment wara li kitbet il-ktieb tagħha ‘Irrid Ngħix’ fl-2010.

Annabelle kienet mardet bil-kanċer fil-festi tal-Milied fis-sena 2006. Il-Membru Parlamentari Jerome Caruana Cilia sellem il-memorja tagħha permezz ta’ post li kiteb fuq il-mezzi tal-midja soċjali tiegħu. “Diġà għaddew 12-il sena. Annabelle kienet ta’ ispirazzjoni għal ħafna. Minkejja dak li għaddiet minnu dejjem baqgħet pożittiva. Strieħ fis-sliem, Annabelle,” kiteb Cilia.

Aħna ta’ Gwida.mt, minn qalbna wkoll insellmu l-memorja ta’ Annabelle Vassallo f’għeluq it-12-il sena minn meta ħallietna. Tkompli tistrieħ fis-sliem.

Facebook / Annabelle Vassallo


Henzley  Bezzina