Persważ li lkoll sikwit nużaw il-frażi ‘aktar tard’, frażi li nistgħu nużaw għal bosta sitwazzjonijiet. Iżda xi drabi nużawha żżejjed, u s-sinifikat tagħha jsir monotonu. Nibqgħu nużawha sa xħin ‘aktar tard’ issir ‘tard wisq.’ Il-paġna Ftit Minn Kollox tkellmu dwar din il-frażi fejn bdew billi qalu, ““inżurek aktar tard." "Niġi naħslek aktar tard." "Inċempillek aktar tard." "Nagħmillek ix-xirja aktar tard." "Inġiblek it-tfal aktar tard."”

Komplew billi qalu, “nħobbu nħallu kollox għal aktar tard, imma ninsew li "aktar tard" mhuwiex tagħna. Aktar tard, dawk li nħobbu jistgħu ma jkunux iżjed magħna. Aktar tard, nistgħu ma narawhomx u ma nisimgħuhomx. Aktar tard, jista' ma jasal qatt. Aktar tard, il-jum isir lejl, il-forza ssir bla saħħa, ir-relazzjoni ssir memorja, u l-ħajja ssir mewt. "Aktar tard" isir "tard wisq."”

Facebook/Ftit Minn Kollox


Charlton Cefai