Ilbieraħ, kellna l-ewwel hideaway tas-sensiela ta' Love Island Malta u għal darb'oħra kienu Dale u Nicola li ġew ivvotati bħala l-ewwel koppja li kellhom iċ-ċans li jqattgħu lejl weħidhom għall-kwiet.

Kulħadd qabel li għandhom ikunu huma li jmorru l-ewwel fil-hideaway ta' Love Island għax kien għadhom ma kellhomx iċ-ċans li jkunu ftit tal-ħin weħidhom għajr id-date li għamlet Nicola b'sorpriża lil Dale, iżda fil-verità kellhom lil sħabhom ftit 'il bogħod minnhom.

Il-koppja dehru eċitati mmens li għandhom dan iċ-ċans speċjali li jqattgħu ftit ħin flimkien lil hin minn kulħadd. Jidher li kellhom lejl tajjeb għalkemm xħin il-koppja rritornaw lura kulħadd staqsiehom x'ġara u ma ġarax. Xi ħaġa stramba li t-tnejn li huma ġew mimlijin stickers, iżda l-misteru għadu ma ssolviex.

Iżda kelma li ġibdet l-attenzjoni ta' bosta kienet il-fatt li Nicola qalet li waqt li kienu fil-hideaway għamlu manicure. Kulħadd ħaseb li kellhom xi trattament relatat mad-dwiefer iżda milli jidher il-kelma manicure f'Love Island għandha tifsira ferm differenti.

Issa fuq Love Island manicure tista' tfisser ukoll li kien hemm sess orali jew inkella logħob bl-idejn, jekk mhux it-tnejn li huma. Tgħid sar xi ħaġa minn dawn?

Segwi l-episodju HAWN.


Gwida.mt