Ħafna kienu mwerwra hekk kif diversi siġar madwar Malta dehru b’ċaruta ħamra. Ħafna assumew li d-destin tagħhom kien wieħed xejn sabiħ. Izda llum Arnold Cassola kkonferma li dawn mhux se jinqatgħu.

“Waqajt fin-nassa jien ukoll,” hu kiteb. “Imma ma qtajtx, għax mhux se jinqatgħu kif ħsibt għall-mument,”

“Ma ttunix wisq tort għax siġar tbiċċru ħafna. Imma ferħan, għax dawn is-siġar mhux talli mhux se jinqatgħu, talli skoprejt li ntużaw biex jikkonvinċu n-nies imorrtu t-teatru biex jaraw xogħol jitkellem dwar is-siġar.”

“‘Dik is-siġra f’nofs ta’ triq’ li kitibha sieħbi Immanuel Mifsud għal Teatru Malta u teatru Anon u se tiftaħ il-Malta Arts Festivals f’Ġunju. Prosit tal-inizzjattiva innovattiva!”

Facebook/Arnold Cassola


Bernard Xuereb