Il-ħidma tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu ma tieqaf qatt. Aktar kmieni din il-ġimgħa, qasmu xi ritratti tal-ħaddiema tagħhom fuq il-midja soċjali waqt ħidmiethom. “Meta t-temp jippermetti jkun hemm min mallewwel jaħseb għall-ewwel għawma, hemm min diġa beda jinżel jgħum... U hemm min jibqa’ jgħum matul is-sena kollha” kitbu.

Iżda ħaġa waħda hija żgura, li dawn l-għawwiema ser isibu bajjiet nodfa “grazzi għall-ħidma li tibqa għaddejja matul ix-xhur mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.”

 


Nicole Zammit