L-iskema tal-BCRS f’Malta ġiet introdotta f’din l-aħħar sena. Il-vawċer li jingħata meta wieħed jiddepożita l-fliexken mhux kulħadd isarfu gġall-użu personali tiegħu, imma hawn min jagħtihom donazzjoni lil xi santwarju tal-annimali, jew xi kawża ġusta oħra. Ġie rrapurtat li inġabru mal-€43,000 donazzjonijiet lill-Malta Community Chest Fund.

Il-President ta’ Malta George Vella irringrazzja lil din l-inizjattiva u n-nies involuti fiha. “Nirringrazzja lil BCRS Malta għall-inizjattiva altruwistika tagħhom u lill-pubbliku talli jagħti d-depożiti tiegħu b'donazzjoni għal dawk li jeħtieġu l-għajnuna ta' The Malta Community Chest Fund. Illum, żort l-impjant tal-BCRS fejn jintgħażlu l-kontenituri f'Ħal Far. Hekk kif nibqgħu niffaċċjaw sfidi ambjentali, wieħed jagħmel il-qalb meta jara lill-pubbliku u l-importaturi, il-bejjiegħa u l-produtturi ta' xorb joħolqu impatt pożittiv soċjali permezz ta' inizjattiva ambjentali” kiteb fuq il-paġna uffiċċjali tiegħu.


Nicole Zammit