Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Eleanor Cassar. Lil Eleanor rajnieha f'diversi kompetizzjonijiet lokali u tibqa' mfakkra l-aktar għall-kanzunetta It-Tfal tal-Lum li biha flimkien ma' Glen Vella rebħu l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu tas-sena 2000.

Bħala solista Eleanor Cassar kienet anke spiċċat fit-tieni post tal-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Someday iżda żgur li ħafna jiftakruha għall-kanzunetta He.

F'dan il-jum għażiż għaliha, Eleanor kellha ringrazzjament speċjali. "40 illum! Grazzi Mulej ta' dawn 40 sena li għoġbok issellifni... inħares lura u ngħid li għaddejt minn mumenti sbieħ kif ukoll koroh iżda dejjem titgħallem biex issir persuna aħjar! Nitlob lill-Mulej biex jagħtini s-saħħa ħa nkompli nieħu ħsieb lill-familja tiegħi."

Awguri minn qalbna Eleanor! Ċerti li t-tfal u r-raġel ħa jkunu qed jagħmlulek il-ġurnata aktar u aktar speċjali!


Emil Calleja Bayliss