L-attriċi Pauline Spiteri Bugeja xtaqet tgħaddi informazzjonii utli għal dawk li jkabbru pjanta partikolari. 12-il użu li biha jista' jkollok ġewwa darek u li forsi ma smajtx bihom qabel.  Din hi l-pjanta Aloe Vera, li ssibha ħafna drabi f'xi ġnien.

Fuq il-paġna tagħha Mill-kċina ta' Pawlina, Puline issemmi dawn it-tnax:

- Issaħħaħ l-immunità
- Tgħin kontra l-aċtu fl-istonku
- Tbaxxi l-kolesterol
- Twaqqaf kanċer milli jkompli jikber
- Tfejjaq il-feriti
- Tfejjaq problemi fil-ġilda
- Tnaqqas l-artrite
- Tgħin biex ma jaqax ix-xagħar
- Tgħin il-vista ta’ l-għajnejn
- Tgħin kontra l-konstipazzjoni
- Tgħin biex il-ġisem jassorbi vitamini min
ikel ieħor

Pauline tikteb li wieħed jista' jqaxxar il-ġel minn mal-pjanta, u jużah dirett fuq feriti jew ħruq ngħidu aħna. L-istess ġel tista' żżidu mal-meraq tal-frott, tiblendjah u tixorbu. Issemmi wkoll li tista' żżid il-weraq ma' xi insalati jew stir fry. Pauline tfakkar biex wieħed importanti li jneħħi l-parti li tniggeż.

"Jista jkun hemm min ma jistax jieħu u jikkonsma l-Aloe Vera, dejjem staqsu lit-tabib biex jiggwidakhom, min hu allerġiku għal ċertu ikel speċjalment il-basal u t-tewm li jiġu kuġini ma l-aloe vera," tkompli Pauline. Xerrdet anke ritratt ta' din il-pjanta.


Kyle Zarb