Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qasmet mas-segwaċi tagħha ritratt ħelu mmens tagħha flimkien maz-zija tagħha. Dan fil-jum tant speċjali għall-istess zija hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha.

Aktar speċjali minn hekk, iz-zija Lela qed tiċċelebra 100 sena f’din id-dinja, età sabiħa mmens li ftit huma dawk ixxurtjati biżejjed li jkollhom. Minjaf kemm esperjenzi sbieħ għandha x’tirrakonta, u min jaf kemm hu sabiħ il-fatt li rat id-dinja tiżviluppa b’tant avanzi f’dawn il-mitt sena!

Fil-kitba tagħha fuq Facebook, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kitbet, “100 sena ta’ mħabba. Awguri zija Lela.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlha f’dan il-jum tant speċjali għaliha, u nittamaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ!

Facebook/Roberta Metsola


Charlton Cefai