Din kienet ser tkun l-20 appuntament annwali bla waqfien tal-Pantomima bil-Malti ta' Pawlu Testa! Minħabba l-Covid-19, din is-sena l-Pentow mhux ser issir!
Kull min mar is-sena l-oħra jara 'Aladin' kulħadd baqa' b'ħalqu miftuħ bil-kostumi, xenarju u skript tal-ġenn li kien hemm. Skript b'batutti li ma jifqux! Il-Producer Pawlu Testa qal, "Is-saħħa tal-poplu tiġi l-ewwel u bhal kulħadd irridu nobdu l-istruzzjonijiet li joħorġu mid-Dipartiment tas-saħħa".
Kont tmur il-Pantomima?