Qatt sibt ruħek tirrikorri lejn il-mobile u tiftaħ applikazzjonijiet – b’mod awtomatiku – speċjalment meta tkun taħt pressjoni jew tħoss apatija?
Skont studji, ħafna nies jużaw apps ta’ scrolling mhux għal divertiment, imma bħala mod biex jikkalmaw emozzjonijiet bħal dwejjaq, apatija,solitudni, jew stress.
Dan il-mekkaniżmu jagħti dopamina temporanja, gratifikazzjoni immedjata u mhux sodisfazzjon fit-tul. Fil-fatt, riċerka turi li scrolling passiv spiss iwassal biex inħossuna aktar vojta wara – speċjalment meta naqsmu ruħna ma’ ħajja perfetta ta’ oħrajn online.
Meta tħossok imdejjaq jew waħdek u l-ewwel istint ikun tiftaħ l-app — staqsi lilek innifsek: “Dan se jgħinni nħossni aħjar fit-tul jew inħossni tajba għal dak il-ħin biss?”
Xi kultant dak li għandna bżonn m’huwiex screen, iżda forsi kelmtejn mal-ħbieb, passatemp ġdid jew ftit ħin fis-skiet