L-attriċi Marica Cassar kitbet messaġġ f'għeluq snin persuna speċjali f'ħajjitha - l-għażiża oħtha. Marica kitbitilha erba' kelmiet mill-qalb biex tawguralha f'dan il-jum sabiħ.

"Awguri f'għeluq sninha lill-aktar oħt inkredibbli fid-dinja! L-imħabba, is-saħħa u l-qalb tajba tiegħek jispirawni kuljum. Jiena grata bla tarf għaż-żewġ rigali prezzjużi li tajtna - in-neputiijiet ħelwin tagħna, li jġibu ferħ bla limitu f'ħajti."

Marica tawguralha ġurnata mimlija mħabba u hena, u li tgawdiha kif inhu xieraq. Awguri mill-qalb lil Joanie!


Kyle Zarb