L-istaġun tas-sajf mistenni jkompli jkun iddominat b'iżjed sħana u xemx hekk kif il-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi mistennija jinħassu 40°C f'ċerti jiem, skont tbassir mis-sit Maltese Islands Weather.
Jidher ukoll li l-Erbgħa u l-Ħamis ix-xemx se tkun l-iżjed qawwija, bis-sħana se tkun qed tinħass l-iżjed f'dawk il-jiem.
Fid-dawl ta' dan kulħadd qed jiġi mħeġġeġ minn diversi bassara tat-temp sabiex jevita li joħroġ f'dawk il-ħinijiet fejn ix-xemx l-iżjed tkun qawwija.
Intom tippreferuha s-sħana tas-sajf?
Ritratti: University of Caifornia u World Beach Guide