Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Archdiocese of Maltaqasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward żewġ festi mill-isbaħ li qed niċċelebraw f’dawn il-jum.

Bdew billi qalu, “F'dawn il-jumejn qegħdin niċċelebraw żewġ festi mill-isbaħ: il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u ta' Marija. Il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù tfakkarna fl-imħabba bla tarf tiegħu tant li ta ħajtu għas-salvazzjoni tagħna. Qalbu, mixgħula bin-nar u minfuda bix-xewk hija turija li mħabbtu ma kinitx biss espressa bil-kliem, imma b'dak kollu li kien u li Hu. Min-naħa l-oħra, il-Qalb Immakulata ta' Marija tistedinna nirriflettu fuq imħabbitha u fuq l-'iva' sħiħa tagħha lil Alla li bagħqet kostanti fil-ferħ u fl-imrar.”

Żiedu, “Qalbha, mimmlija mħabba għal Ġesù u għalina, tixhed qawwa siekta, fidi fil-wegħdiet t'Alla, u tenerezza għall-ulied spiritwali tagħha kollha. Dawn il-festi jħeġġuna nwieġbu bi gratitudni, b'fidi, u b'imħabba lejn l-oħrajn bl-istess lealtà u kompassjoni li nilmħu f'Ġesù u f'Marija.”

Facebook/Xejk


Charlton Cefai