Olivia Lilith, il-persona li ħoloq Antoine Cauchi li permezz tagħha rebaħ il-golden buzzer f'Malta's Got Talent, hi l-mistiedna li jmiss fuq Kellymni. Antoine fuq Kellymni ħa jiftaħ qalbu dwar l-isfidi li għadda minnhom tul is-snin bħala persuna omosesswali u jidħol fid-dettall għala ċertu esperjenzi kienu ta' prova għalih.

Permezz tal-podcast tagħna Kellymni, ħa jkollkom l-opportunità li ssiru tafu aktar dwar l-emozzjonijiet li jesperjenza persuni omosesswali meta jinduna li hu differenti mill-maġġoranza tan-nies. Sfidi li jagħmlulek ħajtek diffiċli li tgħix f'minoranza iżda ċertament li jsawru min int u jibnulek il-kararttru tiegħek.

Antoine jiddiskutu wkoll esperjenzi personali, inkluż ta' abbuż sesswali li sofra meta kien għadu fiż-żgħożija tiegħu u kif dawn l-esperjenzi li għadda minnhom kellhom impatt fuqu u fuq ħajtu. Antoine jiżvela kieku x'jagħżel kieku kellu ċ-ċans li jitwieled u jagħżel l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.

Tul il-podcast ħa tifhmu aktar lil Antoine li ħoloq lil Olivia u l-isfidi li ltaqa' magħhom f'kull pass ta' ħajtu. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 28 ta' Awwissu, mit-20:00.


Gwida.mt