Miriana Conte, ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest u l-aħħar rappreżentatriċi ta' Malta fil-Eurovision Song Contest, titkellem dwar dak li ħasset ftit qabel li ħarġet tkanta fuq il-palk tal-Malta Eurovision. Miriana titkellem dwar il-fatt li għamlet għażliet li kienu differenti u qatt ma rrealizzat x'jistgħu jgħidu n-nies fuqha.
Kien hemm mument ta' biża' iżda għarfet issib is-saħħa f'dan il-mument. Saħħa li ġarret magħha fl-avventura tagħha fil-Eurovision Song Contest. Hi taqsam dawn id-dettalji ma' Melanie Kelly u titkellem ukoll dwar it-tfulija tagħha u ż-żmien diffiċli li għexet.
Wieħed jassumi li għax tkun tkanta, kapaċi jkollok ħajja faċli mingħajr ebda intoppi iżda Miriana titkellem dwar ir-realtajiet li għaddiet minnhom. Realitajiet li għadha tgħix sal-lum il-ġurnata. Iżda ma taqtax qalbha u tibqa' għaddejja.
F'dan il-podcast se ssiru tafu lil Miriana aktar mill-viċin u se tiskopru kif tul is-snin għaddiet minn diversi esperjenzi li għamluha min hi llum. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 30 ta' Ġunju, mit-20:00 'l quddiem.